“Ejja … nfissirlek dal-kliem jittikak fl-irqad u l-jum griż ifframmentat.”

L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla

Leanne Ellul Photo by Giola Cassar

Leanne Ellul

Photo by Giola Cassar

EN

Leanne Ellul was born on Friday the thirteen of October 1989. Maybe that’s why her favorite day of week is Friday. When she was one, during her quċċija, she chose a radio. Ever since then, she never stopped talking. She loves coffee more than water and pizza more than salad. She annoys her dog Ċensu too much, and when he is up for a walk they go without thinking about it twice.

Ellul teaches Maltese to youths at the post secondary college, Junior College. She loves to guide youths in their first attempts at writing. She also lectures creative writing at the University of Malta.

She writes both poetry and prose. In the past she has written for theatre and still writes both textbooks and readers for children. Her literary works appeared online and in newspapers, journals and anthologies. She has also has translated a number of works to Maltese. In the past she has also written TV scripts and still gives workshops to children and adults alike.

Ellul won first place in the national competition for theatre writing, Premju Francis Ebejer, and her play Ma Rridx Immur was staged at Teatru Manoel - Malta's National Theatre. She won the Novel for Youths Prize 2014 with her novel Gramma, a book that broke all records for Merlin Publishers. In 2015 Ellul was enlisted in the Commonwealth Young Achievers Book and in 2016 she won the special prize for the Best Emerging Author by the National Book Council.

Her first collection of poems is entitled L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla [The Inventory of the Blue Room].

Ellul is part of a number of entities that have the Maltese language and culture at heart, namely Inizjamed and HELA.

CV

MT

Leanne Ellul twieled fit-tlettax ta’ Ottubru tal-1989, li nzerta kien il-Ġimgħa. Forsi għalhekk nhar ta’ Ġimgħa l-ġurnata favorita tagħha. Fil-quċċija għażlet radju, u għalhekk minn dakinhar għadha ma waqfitx tgħid. Tħobb il-kafè iktar mill-ilma u l-pizza iktar mill-insalata. Lill-kelb tagħha Ċensu, ma tiqafx tiffittah u kif juriha li għandu aptit mixja, taħtfu fil-kelma.

Ellul tgħallem il-Malti liż-żgħażagħ fil-kulleġġ post-sekondarju tal-Junior College. L-hena tagħha tiggwida liż-żgħażagħ fl-ewwel kitbiet poetiċi jew prożajċi tagħhom. Tagħti wkoll korsijiet tal-kitba kreattiva fl-Università ta’ Malta.

Tikteb kemm poeżija kif ukoll proża. Fil-passat kitbet ukoll għat-teatru u għadha tikteb it-textbooks u stejjer u poeżiji għat-tfal. Ix-xogħol tagħha deher ukoll f’siti, f’rivisti u anke f’ġabriet letterarji varji. Traduċiet ukoll numru ta’ xogħlijiet għall-Malti. Fil-passat, kitbet ukoll diversi skritti għal programmi televiżivi u ta’ spiss tmexxi laboratorji ta’ kitba għat-tfal u għall-kbar.

Ellul rebħet l-ewwel post fil-Premju Francis Ebejer bid-dramm Ma Rridx Immur li ttella’ t-Teatru Manoel. Fl-2014 rebħet il-Premju Letteratura għaż-Żgħażagħ bir-rumanz Gramma. Fl-2015 isimha tniżżel ukoll fil-Commonwealth Young Achievers Book u fl-2016 ġiet magħżula bħala l-Awtriċi Emerġenti tas-Sena fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

L-ewwel kollezzjoni ta’ poeżiji tagħha jisimha L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla.

Ellul tifforma parti minn numru ta’ entitajiet li għandhom il-lingwa u l-kultura Maltija fil-qalba tagħhom, fosthom Inizjamed u HELA.

CV