1. il-psikologi għandhom ħabta jwaħħlu kollox fit-tfulija

  2. iktar iva milli le, qisni għext snin ilu ilu; anemoia, skont the dictionary of obscure sorrows, irrid nixtrih

  3. hemm kanzunetti li ndoqqhom u ndoqqhom sakemm ma nibqax indoqqhom iżjed, xorta ta’ overdose legali

  4. ir-ritornell ta’ true faith l-iktar versi reali li qrajt fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa:

    I used to think that the day would never come
    I'd see delight in the shade of the morning sun
    My morning sun is the drug that brings me near
    To the childhood I lost, replaced by fear
    I used to think that the day would never come

    That my life would depend on the morning sun

  5. iktar iva milli le, inħossni tal-passat, jiġifieri (a) qisni twelidt qabel ma twelidt, (b) nimmissja ż-żmien li m’għextx fih, (ċ) verament nemmen li messni twelidt qabel, (d) all of the above

  6. inħares lejn ir-ritratti tal-alhambra u qisni kont hemm, nixtieq li kont hemm, u/jew imma vera forsi kont hemm

  7. jirrabjani l-indirizz ta’ zara: ZARA ALHAMBRA CENTRE

  8. forsi ma jirrabjanix, nitfa ta’ tislima

  9. nixrob il-kafè jagħli f’nofs is-sajf, niftakar f’ken scicluna u clare azzopardi, achille mizzi, ġieli nitfagħlu anke tliet zakkarini l-kafè

  10. nitfa’ biżżejjed ħalib biex nagħmilni intolleranti għal-lattożju

  11. xi kliem bil-malti

  12. ismagħha:

    I used to think that the day would never come
    I'd see delight in the shade of the morning sun
    My morning sun is the drug that brings me near
    To the childhood I lost, replaced by fear
    I used to think that the day would never come

    That my life would depend on the morning sun

  13. l-isbaħ tiles fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa: ħodor u tawwalin

  14. in-nail polish kultant sabiħ daqs il-gelish

  15. ċerti kotba nħossni ħatja ma nlestihomx, ċerti kotba nħossni ħatja nlestihom

  16. fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, tliet films u biċċa

  17. god complex u wrong norma l-iktar kotba reali li qrajt fl-aħħar ġimgħa

  18. il-ħolm biz-zunamijiet persistenti jibda jsir tal-biża’

  19. xi kliem bil-malti

  20. ċerti rċevuti skaduti iżjed miż-żmien innifsu

  21. hemm imitation of life wkoll, MTV, avril lavigne, bomba, bugz@net, our house, ira losco fl-ewwel eurovision, l-ewwel lights ħomor għand il-hairdresser tal-kantuniera …

  22. il-postijiet f’raħal twelidi, sempliċement imkejjen, ebda xewqa għar-ritorn

  23. it-tieqa tal-karozza miftuħa s-sibt filgħaxija lura d-dar wara pizza buġibba għand tal-kaptan, red red wine tal-pa, xagħri jtir bir-riħ, bħallieku music video, u mbagħad, is-saqaf tal-karozza jiftaħ tieqa u taparsi ndaħħal il-karozza fil-garage

  24. fuq tal-linja lura d-dar mal-mamà u n-nanna, inżomm basket trasparenti tal-miss selfridge, bil-qlub lelà, żgħir wisq, l-irħas ħaġa li kellhom u l-iżjed ħaġa li kont inħossni kbira biha

  25. kultant nixtieq li żammejt kollox, kultant naqbad narmi kollox

  26. għal xi raġuni dejjem ridt nikber, sakemm waqaft — ebda rivelazzjoni ġdida, ħafna jiġrilhom hekk

  27. il-pocket tal-landa li xtrajtu għax ma qistx in-99c fuq dak li kelli nonfoq, il-qalziet imqatta’ imma ġibtu għax hu biss ġieni, il-kollezzjonijiet tal-S Club 7, is-CDs tal-monti ta’ Britney Spears, mit-twins at st clare’s għall-isweet valley twins

  28. iz-zija tal-pa kienet iġġibli ż-żraben bil-platform minn barra minn malta kontra kull xewqa tal-ma: wieħed tas-sajf oranġjo jgħajjat b’sonic the hedgehog fuqu; u ieħor tax-xitwa: slipper blu bl-abjad (b’tas-sajf kilt it-taraġ kollu)

  29. kultant imnalla ma twelidtx qabel: ma nafx kif kont se nniżżel tant siġar jinqatgħu u tant nies bil-mobile ma’ wiċċhom (mhux għax issa nniżżilhom, imma kieku …)

  30. l-isbaħ dixx fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa: gnocchi

  31. il-kliem li jingħad differenti għalkollox minn kif jinkiteb

  32. il-ħanut tal-casettes u d-DVDs ikkuppjati, mixjiet l-imġarr, għawma l-ġnejna

  33. kemm irqadt fuq sidrek u qomt xi mkien ieħor

  34. kemm qed tikbirli

  35. kemm ma rridx minn dak li ma nafx