DWAR IL-PROĠETT

POESIĠAR nibet mill-imħabba li għandi għall-poeżija u s-siġar. Fl-2022 bdejt nikteb sensiela ta’ poeżiji mnebbħin mis-siġar fi mkejjen differenti f’Malta u lil hinn. Dakinhar il-poeżiji kienu ġew ippubblikati f’Il-Manifest tas-Siġar ippubblikat minn EDE Books. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, bqajt nikteb il-poeżiji dwar siġar fi mkejjen differenti. Kitbieti, l-iżjed, dwar is-siġar li ma baqgħux. Imma immaġina l-gżejjer Maltin mimlijin siġar. Diffiċli timmaġinaha. Imma mhux jekk nimlew Malta, virtwalment, bil-poeżija tas-siġar u tal-ambjent. POESIĠAR huwa antidotu għan-nuqqas ta’ siġar fostna. Jgħinna naraw Malta kif tidher kieku tkun mimlija siġar. Għalissa, nikkuntentaw bit-tħaddir tal-poeżija, li tista’ tkun azzjoni fiha nnifsha.

Leanne Ellul

From 2018 onwards, Malta’s environmental regulator, the Environment and Resources Authority (ERA) issued permits for the uprooting of 2,418 protected trees and the transplanting of another 1,545.

— MaltaToday, 28 ta’ April 2021

Malta · Għawdex · Kemmuna

Mappa tal-Poeżija / Poetry Map

POESIĠAR, IMMA, XI JKUN?

proġett sempliċi — poetiku u politiku — li jfittex li jimla l-gżejjer maltin bis-siġar

proġett li jfittex li jħawwel il-poeżiji ambjentali

proġett li jfittex li jqajjem kuxjenza u iżjed imħabba għas-siġar permezz tal-poeżija

proġett li jurina l-ġżejjer maltin kif jistgħu jidhru

proġett li jurina li l-poeżija mhix mejta u mhix biss tal-bankijiet tal-iskola jew tal-kotba antiki

proġett li m’għandu ebda affiljazzjonijiet

X'MHUWIEX? 

attakk personali

proġett għall-profitt — dan il-proġett iħeġġeġ azzjonijiet konkreti marbutin mal-ambjent, fosthom donazzjonijiet lill-NGOs ambjentali lokali

proġett biex jidhru individwi partikolari

The removal and replanting of trees to make way for so-called progress has become an emotional issue, proof that short-term interests are expected to overwhelm long-term well-being.

— Editorial (Times of Malta, 15 ta’ Awwissu 2026)